Il-Maġistrat Rachel Montebello ċaħdet rikors ieħor tal-għaqda Repubblika biex tkun parte civile u jkollha sehem fil-proċeduri fil-Qorti, li se jibdew illum kontra numru ta’ persuni skont l-akkużi tal-Maġistrat Gabriella Vella.
Fid-deċiżjoni li tat it-Tlieta filgħodu, il-Maġistrat Montebello qalet li t-talba ta’ Repubblika ma tissodisfax il-kriterji u ma tistax titqies bħala vittma fil-proċeduri.
L-għaqda Repubblika diġà kellha talba oħra miċħuda mill-Maġistrat Leonard Caruana fl-aħħar jiem għal proċeduri simili li se jsiru għada.
F’din it-talba ta’ ħu d-Deputat Nazzjonalista u President Onorarju ta’ Repubblika, Robert Aquilina, flimkien ma’ Jason Azzopardi, l-għaqda riedet tkun parti minn proċeduri simili li se jibdew jinstemgħu għada fuq numru ta’ persuni oħrajn, skont l-istess akkużi fl-inkjesta tal-Maġistrat Gabriella Vella, li ħadet erba’ snin u nofs.