L-elezzjonijiet fit-tmienja ta’ Ġunju għandhom impatt qawwi fil-ħajja tagħna, saħaq il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela, meta kien fost il-komunità fis-Swatar.
Hu sostna kif il-Gvern, immexxi minnu, se jibqa’ jżomm kontijiet tad-dawl u anke l-prezzijiet tal-ikel essenzjali stabbli.
Il-Prim Ministru Robert Abela sostna kif din l-elezzjoni li ġejja se tiddetermina l-futur ta’ kull wieħed u waħda minna, waqt li wkoll appella biex kulħadd jiġbor il-vot tiegħu u jesprimi l-ġudizzju tiegħu dakinhar tal-elezzjoni, inkluż dawk li se jivvotaw kmieni s-Sibt li ġej.