Għal darb’oħra, il-Partit Laburista sebaħ kmieni dalgħodu man-nies fil-lokalità tal-Mosta, fejn numru ta’ kandidati Laburisti għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Lokali, iltaqgħu man-nies li kienu qed jagħmlu l-qadi tagħhom fuq il-monti.
Dan kollu qed isir bħala parti mill-kampanja ‘Is-Saħħa lill-Maltin’, fejn grazzi għal dawn l-inizjattivi, ir-residenti ta’ bosta lokalitajiet qed ikollhom l-opportunità jitħaddtu dwar temi kurrenti u affarijiet li jolqtuhom mal-kandidati, deputati u membri mill-Eżekuttiv Laburista.
Il-Partit Laburista kompla jħeġġeġ lill-Mostin u dawk kollha preżenti dalgħodu biex jaħsbu għall-ġejjieni tal-lokalità tagħhom u tal-pajjiż u b’hekk fit-8 ta’ Ġunju jivvotaw lill-kandidati kollha tal-Partit Laburista.