Fi stqarrija, il-President Myriam Spiteri Debono appellat għan-normalità u anki sostniet li d-demokrazija tibda mill-vot.
F’din l-istqarrija, b’rabta mal-aħħar żviluppi poltiċi, il-President qalet li għandha fiduċja sħiħa fil-kapaċità tal-forzi taż-żamma tal-ordni, bl-għaqal jiddetta li ħadd m’għandu b’xi mod jikkontribwixxi biex titkisser in-normalità tal-ħajja b’sitwazzjonijiet li jistgħu jirriżultaw.
Dan l-appell tal-President jingħaqad mal-appell tal-Prim Ministru Robert Abela, favur il-kalma.
Il-President Spiteri Debono sotniet kif fost oħrajn il-Prim Ministru tkellem dwar kif ħadd ma jaqa’ għal provokazzjoni.
Qalet kif kull ċittadin hu liberu li jaġixxi fil-parametri tad-drittijiet mogħtija lilu mill-Kostituzzjoni. Saħqet li “s-sens komun u l-galbu jgħidulek illi biex ma taqax għall-provokazjoni, il-provokazzjoni m’għandekx tfittixha jew agħar, tagħmel jew tirrendi lilek innifsek aġent tagħha.”
Il-President sostniet ukoll li pajjiżna hu l-kollettività taċ-ċittadini lkoll flimkien. Hija ħeġġet ukoll lin-nies biex joħorġu jivvotaw fl-elezzjonijiet tat-tmienja ta’ Ġunju.
Il-President sostniet li d-demokrazija tibda mill-vot ta’ kull ċittadin – b’dan id-dritt bażiku u sagrosant m’għandux jarmih.
“Jekk jagħmel hekk, ikun qed jiddeċiedi għalih ħaddieħor”, temmet tgħid il-President f’din l-istqarrija.