Il-Ħadd 26 ta’ Mejju, il-krew ta’ QRIBEK se jżur il-lokalita’ tal-Imsida. Oriana Farrugia se tiltaqa’ mas-Sindku Margaret Baldacchino Cefai fejn flimkien se jesploraw ftit mill-proġetti li seħħew f’dan ir-raħal, tul dawn l-aħħar snin.
Se jixxandru proġetti diversi, fosthom dawk soċjali, ta’ infrastruttura, ta’ restawr, kif ukoll tisbiħ ta’ spazji miftuħa.
QRIBEK, dwar l-Imsida jixxandar fl-10am fuq ONE.