Minkejja d-deċiżjoni tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja komplew l-attakki minn Iżrael fl-Istrixxa ta’ Gaza.
Dan minkejja s-sentenza li tat il-Qorti Internazzjonali, li ordnat lil Iżrael biex iwaqqaf, b’mod immedjat, l-offensiva militari tiegħu f’Rafah, fin-Nofsinhar ta’ Gaza.
Is-sitwazzjoni f’din il-belt Palestinjana hi tal-waħx, hekk kif aktar minn 900,000 persuna kellhom jevakwaw djarhom fl-aħħar ġimgħat. Bil-maġġoranza tan-nies m’għandhomx aċċess għall-ikel, ilma u saqaf fuq rashom.
Intant, l-awtoritajiet Palestinjani qalu li minn Ottubru nqatlu minn tal-inqas 35,000 persuna, bil-maġġoranza tagħhom huma nisa u tfal.