L-aġenzija ta’ kreditu internazzjonali Moody’s ikkonfermat ir-rating ta’ Malta bħala A2, bi prospetti stabbli.
Fir-rapport tagħha Moody’s innotat kif l-ekonomija ta’ pajjiżna se tibqa’ tikber b’mod stabbli matul din is-sena b’rata ta’ 4.5%.
Dan grazzi għad-domanda domestika b’saħħitha, b’żieda fil-pagi, waqt li s-settur turistiku f’pajjiżna se jibqa’ b’saħħtu.
“Domestic demand will be supported by real wage growth, while tourism activity will remain solid.”
Intqal kif minkejja ċ-ċokon ta’ pajjiżna, l-ekonomija Maltija hi waħda diversifikata.
B’rabta ma’ din l-aħbar pożittiva għall-ekomonija Maltija rreaġixxa l-Prim Ministru Robert Abela fuq il-midja soċjali.
Dr Abela sostna kif dan ir-rapport ta’ Moody’s hu vot ieħor ta’ kunfidenza f’pajjiżna. Innota kif din l-aġenzija ta’ kreditu internazzjonali sostniet li l-piż tad-dejn hu wieħed moderat, waqt li tat ġudizzju tajjeb dwar ir-riformi instituzzjonali.
Ma’ dawn, il-Prim Ministru Robert Abela żied jgħid li t-tendenza hi li l-ekonomija Maltija se tibqa’ tikber b’rata b’saħħitha, ferm akbar mill-medja fiż-Żona Ewro.
Dr Abela saħaq li Moody’s tat lil pajjiżna prospetti stabbli minħabba l-ekonomija Maltija hi “sinjura u qed tikber b’rata mgħaġġla”.
“The stable outlook reflects Malta’s wealthy and fast-growing economy.”
Another vote of confidence by Moody’s. They praise our moderate debt burden, sound institutional framework, and the country’s strong trend growth, well above the Euro area’s average. They give 🇲🇹 a stable outlook because of our “wealthy and fast-growing economy.” – RA
— Robert Abela (@RobertAbela_MT) May 25, 2024
L-esperti internazzjonali, li ma jħarsu lejn wiċċ ħadd, sostnew li d-defiċit fil-ġid mistenni jonqos din is-sena u anki s-sena d-dieħla.
Dan filwaqt li l-piż tad-dejn meta mqabbel mal-Prodott Domestiku Gross se jibqa’ stabbli, fejn inqas mis-60% tal-kriterji tal-Unjoni Ewropea.
Dan iċ-ċertifikat pożittiv għal pajjiżna minn Moody’s isegwi t-tbassir ekonomiku tal-Kummissjoni Ewropea, fl-aħħar jiem. B’dan ir-rapport tal-aħħar ibassar li l-ekonomija Maltija se jkollha l-akbar tkabbir ekonomiku, din is-sena u s-sena d-dieħla.
AQRA WKOLL: