Il-Partit Nazzjonalista sostna li ma jafx kemm jiswew l-istudji li qal li jrid jagħmel fil-lokalitajiet.
Mistoqsi ċar u tond dwar kemm jiswew dawn l-istudji, il-President tal-Kulleġġ Kunsillieri Lokali tal-Partit Nazzjonalista, Charles Bonello, evidentement ma kienx jaf kemm jiswew.
Bonello żied jgħid li dawn huma studji li l-Partit Nazzjonalista jrid jagħmel, iżda nqabad ma jafx li dawn l-istudji fil-lokalitajiet saru diġà kif jixhed ritratt ta’ studju minnhom.
Din mhux l-ewwel darba li l-Partit ta’ Bernard Grech inqabad bla costings waqt elezzjoni.
Fl-aħħar elezzjoni ġenerali, il-programm elettorali nbidel b’diversi verżjonijiet u l-costings tiegħu baqgħu ma dehru mkien, bil-Kap Nazzjonalista jgħid lin-nies li jiddeċiedi hu meta jkun il-waqt.
Qal, “Il-costings tagħna joħorġu meta jkun il-waqt, għax aħna niddeċiedu l-istrateġiji tagħna u mhux intom.”