F’konferenza tal-aħbarijiet tnediet l-istrateġija nazzjonali tal-edukazzjoni sal-2030. Bħala parti minn din l-istrateġija hemm ukoll il-viżjoni sal-2050. Din l-istrateġija tnediet mill-Ministru għall-Edukazzjoni Clifton Grima, fil-Palazz Verdala fil-Buskett.
Din l-istrateġija hi msejsa fuq tliet pillastri ewlenin, li huma: il-benesseri; it-tkabbir u l-emanċipazzjoni; u l-ekwità u l-inklużjoni.
Il-viżjoni fl-istess strateġija tinkludi b’kollox 36 miżura, b’152 azzjoni li fuqhom trid issir din il-politika nazzjonali għal wieħed mill-aktar setturi kruċjali għall-iżvilupp ta’ pajjiżna u ġensna.
Is-Segretarju Permanenti fl-istess Ministeru, Matthew Vella, sostna kif din il-viżjoni saret mill-edukaturi u t-tfal, li huma parti mill-vjaġġ edukattiv. Qal kif din il-viżjoni qed tħares ’il quddiem, b’ħiliet, fost oħrajn, li l-pajjiż għandu bżonn fil-ġejjieni.
Vella tenna kif dan se jkun eżerċizzju ta’ monitoraġġ b’saħħtu, waqt li se jkun hemm reviżjoni serja tal-qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali u anke diskussjoni dwar l-assessjar fl-iskejjel. Ma’ dan se jkun hemm programm sħiħ ta’ manutenzjoni fl-iskejjel ta’ pajjiżna.
Qal, “Waqqafna direttorat ġdid, direttorat li jiffoka kemm fuq il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni. Fil-fatt hemm pjan ta’ kif il-miżuri u l-iniżjattivi kollha se jiġu mmoniterjati lura, allura llum il-ġurnata għandna l-miżuri u l-inizjattivi kollha għandhom project owner. Kollha hemm pjan ta’ azzjoni u ta’ kif għandhom jiġu mkejla u minn hemmhekk allura mil-lum tibda ħidma dwar l-implimentazzjoni.”
Intqal li kull Lulju se ssir diskussjoni pubblika dwar xiex tkun waslet il-ħidma tal-istrateġija.
Il-Ministru Grima sostna li minn ippjanar, din l-istrateġija trid issa tidħol fis-seħħ.
Qal, “U allura qed naraw li din l-istrateġija tqiegħed lill-persuna fiċ-ċentru, tagħti l-għodda neċessarja lit-tfal tagħna biex jilħqu l-potenzjal tagħhom, tara li t-tfal tagħna jiksbu l-ħiliet li jridu jkunu suċċess. Suċċess ”