Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil bagħat ittra lill-Awditur Ġenerali li fiha talab investigazzjoni dwar il-proġett li se jsir fuq is-sit tal-ITS f’San Ġiljan.
Proġett li se jsir minn DB San Ġorġ Property b’investiment ta’ tliet mitt miljun ewro. It-trasferiment tal-art sar wara stimi indipendenti minn Deloitte u l-kuntratt bejn il-grupp DB u l-gvern, li sar bl-involviment tad-ditta legali tal-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Mario De Marco.
Li issa li nnegozjah qal li qed jirrinunzja x-xogħol b’rabta miegħu. Kien il-Ħadd li ħabbar għall-ewwel darba li kien se jieħu l-kuntratt għand l-Awditur Ġenerali.
Pożizzjoni li ħadha wara li ħarġet l-inkjesta Capital One li fiha ntqal li ma setax ikun eskluż li investigazzjoni dwar ħasil ta’ flus li setgħu kienu ġejjin minn drogi twaqqfet wara li tfaċċa ismu.
Id-DB Group qalu li huma komdi ħafna li l-Awditur Ġenerali jinvestiga l-kuntratt tal-ITS. Għaliex huma jridu li l-verita’ tohrog rebbieħa. Tkellmu dwar kif din l-art, ghall-ewwel darba fl-istorja, kienet stmata minn Deloitte, ditta internazzjonali ta’ awditjar u huma żammew ma’ dik id-deċiżjoni. “Ma jistax ikun hemm prova akbar li qatt ma ridna favuri u kull allegazzjoni ta’ korruzzjoni mill-Partit Nazzjonalista hija gidba li tweggagħna,” qalu tad-DB GROUP.
Iżda, iktar minn hekk fl-aħħar sigħat irriżulta wkoll li lil tad-DB Group Simon Busuttil talabhom jiffinanzjawlu l-pagi ta’ uffiċjali għolja.