Sewwieq ta’ mutur indarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’San Ġiljan.
Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-ħamsa u kwart ta’ waranofsinhar fi Triq Mikiel Anton Vassalli, San Ġiljan.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn BMW misjuq minn raġel ta’ 46 sena residenti Ħal Qormi u mutur Peugeot Tweet misjuq minn raġel ta’ 24 sena u residenti Santa Venera.
Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar attenzjoni medika. Iktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.