Erbatax-il kuntistabbli tal-Pulizija ġew promossi fil-grad ta’ Surġenti.
Dan f’ċerimonja li saret fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, il-Floriana, li għaliha kien hemm preżenti l-Ministru għall-Intern Byron Camilleri u l-Kummissarju Angelo Gafa.
F’diskors, il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri sostna li l-Gvern jagħraf li r-riżorsa uman hi pilastru ewleni fis-sigurta ta’ pajjiżna.
Il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafa qal li l-ħatra tal-lum hi pass importanti fil-karriera ta’ dawn is-surġenti l-ġodda u sostna li mhux biss ma jridux jibżgħu jieħdu d-deċiżjonijiet, iżda jagħrfu jieħdu l-pariri.
Qabel ma nħatru uffiċjalment, dawn is-Surġenti l-ġodda għamlu kors ta’ 14-il ġimgħa fl-Akkademja tal-Forzi Dixxiplati f’Ta’ Kandja.