Il-Partit Laburista għandu viżjoni ċara għal kull lokalità, mentri ħaddieħor m’għandu assolutament xejn, baħħ biss. Dan kien kliem il-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela waqt li mill-ġdid kien qed jitkellem fost in-nies, din id-darba fil-lokalità tal-Qrendi.
Hu żied li kunsilli bi tmexxija Laburista wrew x’viżjoni għandu l-Partit Laburista għal-lokalitajiet Maltin u Għawdxin. Flimkien ma’ dan, il-Prim Ministru qal li l-Ewroparlamentari Laburisti se jkunu minn tal-ewwel biex jisfidaw il-prezzijiet instabbli fl-Ewropa.
Dr Abela tenna jgħid li qed toqrob l-għażla għal-lokalitajiet u l-Ewropa, li rridu għall-futur tagħna, u ħeġġeġ biex fit-8 ta’ Ġunju kulħadd, inkluż dawk li għadhom ma ġabrux il-vot, biex jivvotaw lill-kandidati kollha tal-Partit Laburista.