Dalgħodu, qalb bosta nies għaddejjin bil-qadi tagħhom ta’ kuljum, il-Partit Laburista kompla bil-kampanja elettorali tiegħu bit-tema ‘Is-Saħħa lill-Maltin’ fil-lokalità ta’ Birżebbuġa.
Il-President tal-Partit Laburista, Ramona Attard, kandidati għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Lokali, kif ukoll deputati Parlamentari, żaru l-monti tal-post.
Hawnhekk tkellmu man-nies li kienu qed iduru u jixtru, flimkien mal-bejjiegħa tal-monti, fejn ilkoll kellhom kummenti sbieħ għal dak li qed isir mill-Gvern u anke l-ħidma ma taqta’ xejn tal-Partit Laburista biex ikun ta’ għajnuna għal kulħadd.