Min tafu ssaqsix għalih. Il-politika tal-ħdura hija dik ta’ min jiddikjara l-gwerer kontra pajjiżu u kontra niesu.
Hekk iddikjara fi stqarrija l-Partit Laburista, filwaqt li appella għall-kalma u biex ħadd ma jaqa’ għall-provokazzjoni quddiem dawn it-tip ta’ dikjarazzjonijiet u aġir ieħor provokattiv.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-aħħar arma li fadallu l-PN hija dik tal-provokazzjoni.
Il-Partit Nazzjonalista għamel inkjesta maġisterjali l-manifest tiegħu, għalhekk moħħu fid-data tat-28 ta’ Mejju.
Il-Partit Nazzjonalista m’għandux kampanja elettorali.
Il-Partit Laburista minflok huwa ffokat fuq it-tmienja ta’ Ġunju, il-jum li fih il-poplu Għawdxi u Malta jrid jagħżel x’futur irid.
Il-Partit Laburista