L-akbar avveniment fi ħdan il-kumpanija ta’ supermarkets internazzjonali SPAR ingħata bidu għas-67 Kungress Internazzjonali tiegħu fiċ-Ċentru tal-Konferenzi ġewwa il-Hilton f’San Ġiljan.
Għal dan l-avveniment normalment jattendu shareholders, sidien, u nies eżekuttivi min-netwerk internazzjonali ta’ SPAR minn madwar 49 pajjiż.
Azzopardi Group ġab SPAR International f’Malta fl-2018. Din il-kollaborazzjoni wasslet għal tkabbir sinifikanti għal SPAR Malta, li issa topera 10 ħwienet, inkluż INTERSPAR, EUROSPAR, u SPAR Supermarkets, u ħwienet ta’ konvenjenza ta’ 24 siegħa bħala SPAR Express.
Il-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi Silvio Schembri fetaħ dan il-kungress u tkellem dwar kif din il-kumpanija globali qed tevolvi.