Raġel li kien qed jallega li hu Justin Bieber fuq is-sit soċjali Facebook u Skype ġie akkużat li wettaq aktar minn 900 reat sesswali fuq it-tfal, fost oħrajn każijiet ta’ stupru.
Il-Pulizija Awstraljana spjegat li r-raġel ta’ 42 sena għamel numru ta’ reati li ġew deskritti bħala “orribbli.” Huwa kien qed jgħid lill-vittmi, li huma taħt l-età ta’ sittax-il sena, li hu propju Justin Bieber biex dawn jibagħtulu ritratti espliċiti tagħhom.
Il-Pulizija qalet li dan il-każ jikxef il-vulnerabbiltà tat-tfal li qed jużaw il-midja soċjali filwaqt li juru kemm dawk li jwettqu abbuż sesswali fuq it-tfal huma kapaċi li jisfruttaw l-istess vulnerabbiltà fuq livell globali.
Kien hawnhekk li l-Pulizija appellat lill-ġenituri biex joqogħdu attenti ħafna meta uliedhom jużaw l-internet.