Skont l-aħħar ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO, l-għadd ta’ impjiegi industrijali żdiedu fl-ewwel kwart ta’ din is-sena, bejn Jannar u Marzu. Dan fl-istess ħin li s-salarji gross fl-industrija, aġġustati bil-jiem tax-xogħol, żdiedu bi kważi tmienja fil-mija.
Mill-istess statistika jirriżulta li kien hemm żieda ta’ sitta fil-mija fil-fatturat industrijali, li kien attribwit, b’mod partikolari, fl-oġġetti tal-konsum, fl-oġġetti kapitali u fl-enerġija.
Dan juri mhux biss il-fiduċja u s-saħħa tas-settur industrijali lokali, iżda wkoll il-poter tal-akkwist taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin, anke jekk qed jiġu rreġistrati fi żminijiet ta’ sfidi internazzjonali bla preċedent, fost oħrajn bil-gwerer fl-Ukrajna u l-Lvant Nofsani.