Illejla se jkomplu l-attivitajiet tal-Partit Laburista bit-tema ‘Is-Saħħa lill-Maltin’ f’din il-kampanja elettorali għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali fit-8 ta’ Ġunju li ġej.
Fil-5:30pm, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela se jkun fost il-komunità fi Ġnien il-Gardjola l-Isla.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan filwaqt li għall-ħabta tas-6:30pm, il-Prim Ministru se jindirizza attività politika taħt it-tinda fi Triq Adeodato Gatt f’Ħaż-Żebbuġ.