Sewwieq ta’ mutur ta’ 35 sena mir-Rabat Għawdex weġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll u kellu mpatt ma’ xi barikati li kien hemm fit-triq.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9:30 ta’ filgħaxija fi Triq Zewwieqa, il-Qala, Għawdex.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq marru l-Pulizija, flimkien ma’ tim mediku li assista lir-raġel u ttieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.