Qormi Daikin tilfu l-finali tal-Euro Hockey Challenge 2 f’Ġibilta’ bi ftit hekk sfaw megħluba minn Soroksari tal-Ungerija bil-penalties.
Il-logħba għalqet fi draw ta’ 1-1, konfront li kien wieħed bilanċjat. Il-goal tal-maltin wasal minn Steve Tanti.
B’hekk il-finali kellha tiħi deċiża bil-penalties u hawnhekk l-ungeriżi ħarġ rebbieħa 4-3.
Team ieħor malti li kien qed jieħu sehem fil-Euro Hockey Challenge kien dak ta’ Trust Payments Floriana Young Stars. Il-furjaniżi temmew l-impenji tagħhom b’logħba mkontra Ginstrekte tal-Litwanja b’dawn tal-aħħar ħarġu rebbieħa bi skor ta’ 8-1.