It-Taljan Alessandro Zinnari huwa l-kowċ il-ġdid ta’ Hamrun Spartans.
Minn informazzjoni li għandu One Sport, Zinnari u t-tmexxija ta’ Hamrun waslu fi ftehim sabiex l-ex kowċ ta’ Santa Lucia jieħu f’idu t-tim ta’ Hamrun matul l-istaġun li ġej. Huwa mistenni li jiffirma kuntratt ta’ sena fil-ħin li ġej.
Zinnari ilu jsegwi l-futbol Malti għal dawn l-aħħar erba staġuni. Filfatt bejn l-2020 u l-2023 huwa kien id-Direttur Tekniku tat-timijiet nazzjonali Maltin qabel ma’ ħalla l-kariga f’Lulju tal-2023 fejn kien ingħaqad ma’ Santa Lucia.
Alessandro Zinnari se jkun jieħu post Luciano Zauri li matul l-istaġun li għadda għen lit-tim ta’ Hamrun jerġa jirbaħ il-Kampjonat.
Ritratt: MFA