Tnieda l-katalgu uffiċjali tal-maltabiennale.art 2024, li se joffri opportunità unika lil dawk kollha li jħobbu l-arti biex jesploraw ir-rikkezza tal-biennale.
Dan tħabbar fi stqarrija mill-maltabiennale.art 2024, fejn intqal li eluf ta’ nies diġà esperjenzaw id-diversi xogħlijiet artistiċi esebiti madwar Malta u Għawdex, ilkoll marbutin mat-tema “baħar abjad imsaġar taż-żebbuġ.”
Il-President tal-maltabiennale.art, Mario Cutajar tkellem dwar l-importanza tal-katalgu.
Cutajar sostna li waqt li hemm ġmiel uniku li tesperjenza l-arti viżiva fiżikament, xtaqu wkoll jaqsmu dawn ix-xogħlijiet mill-isbaħ ma’ iktar nies permezz ta’ dan il-katalgu uffiċjali.