Anzjana ta’ 69 sena li tgħix Birżebbuġa weġgħet gravi wara li ntlaqtet minn karozza.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sebgħa u nofs ta’ dalgħodu, fi Triq il-Brolli, Birżebbuġa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post marru l-Pulizija, li mill-ewwel stħarriġ irriżulta li ntlaqtet minn karozza misjuqa minn żagħżugħ ta’ 22 sena li tgħix Birżebbuġa.
Hi ngħatat l-għajnuna minn mediku u ttieħdet l-Isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.