Il-Pulizija qalet li r-raġel ta’ 63 sena li nhar it-Tlieta filgħaxija waqa’ fir-residenza tiegħu f’Kerċem, Għawdex, sfortunatament tilef ħajtu fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
Minn informazzjoni li kellha l-Pulizija, l-anzjan waqa’ t-taraġ tad-dar tiegħu fi Triq il-Gamiem u kellu jittieħed l-Isptar għall-kura fejn instab li kien sofra ġrieħi serji u kien f’qagħda kritika.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Minkejja dan, hu tilef ħajtu lbieraħ il-Ħamis.
L-inkjesta maġisterjali, permezz tal-esperti maħtura, u l-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.