Għal jum sħiħ kienet fuq fomm ħafna t-Tieqa tad-Dwejra. Ħafna baqgħu mistgħaġba kif ma baqa’ xejn fejn darba kien hemm din il-ġawrha naturali. Ir-ritratti ta’ Mario Cordina (taħt) jgħinuna nifhmu aħjar dak li ġara. Fir-ritratt ta’ fuq, meħud mill-Forzi Armati, tidher id-Dwejra kif inhi issa, mingħajr it-tieqa.