F’għeluq konferenza bit-tema ‘Ħiliet u Karrieri’, il-Kap tal-Amministrazzjoni Pubblika Tony Sultana nieda portal ġdid, bl-isem ta’ geohub.gov.mt, li permezz tiegħu ċ-ċittadini se jkunu jistgħu jakkwistaw informazzjoni f’ħin reali.
Hawn wieħed ikun jista’ jsib tagħrif dwar fejn jinsabu uffiċini tal-Gvern, bereġ u sptarijiet, spiżeriji, faċilitajiet sportivi, skejjel u childcare centres, siti storiċi, mużewijiet u attrazzjonijet taħt il-baħar, toroq u ħafna tagħrif ieħor. Sultana qal li din hi konferma oħra li, jekk nużaw dejjem aktar it-teknoloġija, inkunu nistgħu nressqu s-servizzi eqreb taċ-ċittadin.
Fl-għeluq tat-tieni konferenza tal-Public Service Expo24, is-Segretarju Permanenti Ewlieni sostna li t-teknoloġija qiegħda hemm biex tgħinna nsiru aktar effiċjenti f’xogħolna u mhix biex toħdilna l-impjieg.
Saħaq li hu importanti li l-ħiliet tal-impjegati tagħna nieħdu ħsiebhom u ntejbuhom kontinwament, waqt li noffru possibbiltà ta’ karriera b’saħħitha.