L-Unjin tal-Edukaturi Professjonali, l-UPE, qed tesiġi li l-Gvern għandu jippubblika l-pakkett bil-miżuri ta’ titjib li qed isiru lill-għalliema. Dan minħabba, li skontha, l-Unjin tal-Għalliema, l-MUT, li għaddejja b’negozjati mal-Gvern, qed iżżomm kollox mistur anke mal-membri tagħha stess.
L-UPE qalet li s-sitwazzjoni attwali hi li l-edukaturi huma inċerti dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom u dwar il-pakkett kollu tal-ftehim settorjali u għalhekk jinsabu fil-għama dwar x’negozjati qed isiru f’isimhom.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Għalhekk talbet lill-Gvern biex jippubblika kull informazzjoni dwar il-proposta finanzjarja tiegħu biex jillumina lill-ħaddiema kollha fis-settur b’dak li qed ikun propost.