Xi ftit serħan il-moħħ għal numru ta’ sidien ta’ ħwienet li raw jitressaq il-Qorti lil dak li fl-aħħar jiem għamel numru ta’ serqiet mill-proprjetà tagħhom. Fil-Qorti Keith Gauci ammetta li wettaq seba’ serqiet f’ġimagħtejn, inkluż tnejn mill-istess ħanut tal-ġugarelli fir-Rabat.
L-akkużat, li ammetta l-akkużi kontra tiegħu, għandu 41 sena u huwa minn Santa Luċija, għalkemm jgħix ir-Rabat. Minbarra s-serq mill-ħanut tal-ġugarelli u seraq banka tal-lottu fl-istess triq, wettaq hold ups mill-Gżira, San Ġiljan u Tas-Sliema bis-sentenza tingħata fis-27 ta’ April.
Huwa tella’ l-Qorti wara ħidma konġunta bejn il-Pulizija mid-distrett tar-Rabat u d-Dipartiment tal-Investigazzjoni Kriminali. L-ispetturi li ressquh huma Robert Vella, Carlos Cordina u James Grech, u sentenza tingħata lejn l-aħħar t’April.