Il-Prim Ministru tal-Islovakkja Robert Fico ddaħħal b’urġenza l-isptar għall-kura wara li persuna sparatlu tiri ta’ senter.
F’filmati fuq il-midja soċjali, jidher li uffiċjali tas-sigurtà daħlu immedjament lil Fico fil-karozza biex jingħata l-kura meħtieġa. Dan filwaqt li l-Pulizija arrestat minnufih lill-aggressur.
Rapporti qalu li ġew sparati madwar tlieta jew erba’ tiri.
Il-każ seħħ wara laqgħa tal-Kabinett Gvern li għaliha attenda l-Prim Ministru Slovakk.
Fi stqarrija ntqal li l-kundizzjoni tiegħu hi waħda kritika u jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu.
Sadanittant, bosta kienu dawk il-mexxejja Ewropej li kkundannaw dan l-att, fosthom il-Prim Ministru Malti, Robert Abela.
Fuq il-midja soċjali, Dr Abela qal li l-Prim Ministru Slovakk jinsab fi ħsibijietu, waqt li awguralu fejqan ta’ malajr.
Sending my thoughts and prayers to Slovak Prime Minister Robert Fico following the tragic shooting incident in Handlova. Wishing him a speedy recovery and strength during this difficult time. 🇸🇰 – RA
— Robert Abela (@RobertAbela_MT) May 15, 2024