Wara s-suċċessi riċenti, fejn kienu finalisti telliefa fil-Grand Prix ta Mallorca u rebbieħa fil-Grand Prix ta Vienna, Bormla Subbteo Club komplew fit-triq tas-suċċess billi waslu sas-semifinali tal-Major Tournament ta Bologna, l-għola livell ta’ kompetizzjoni ta` klabbs organizzata mill-Federazzjoni Mondjali l-FISTF. Għal Bormla dan huwa s-sitt podju internazzjonali.
Jirrapreżentaw lil Malta kien hemm ukoll Valletta Subbuteo Club, meqjusin mal-favoriti, imma li waslu sal-Kwarti tal-Finali u ġew eliminati minn Rieti tal-Italia. Fis-semifinali, l-istess Rieti eliminaw ukoll lill-Bormla, biex waslu sal-finali mirbuħa minn Napoli Eagles bid-differenza tal-goals. Bormla u Valletta t-tnejn kienu rebħu l-grupp rispettiv tagħhom b`punti massimi.
Il-Valletta kienu komposti minn Samwel Bartolo, Mark Gauci, Jurgen Balzan, Derek Conti, Joseph Borg Bonaci, Massimiliano Nastasi, u Pascal Scheen, filwaqt li Bormla kienu komposti minn Charles Aquilina, George Ebejer, Jason Pisani, John Zammit, Bessim Golger u Thomas Ebejer.
Plejers maltin oħrajn li ipparteċipaw f`din il-kompetizzjoni kienu Patrick Pace u Jamie Bonnici li huma players ta Lazio TFC u li waslu ukoll sal-kwarti tal-finali, kif ukoll lil Isaac Camilleri u Emanuel Camilleri tat-team Ingliz Hobby Subbuteo Club.
Fil-kompetizzjonijiet individwali, fil-kategorija “Open”, ic-Champion ta’ Malta Samwel Bartolo wasal sal-kwarti tal-finali fejn gie megħlub mill-portugiż Loureiro bil-penalties. Plejers oħrajn bħal Jean Carl Tabone, George Ebejer u Mark Gauci waslu sa l-ahhar 32 ta din il-kompetizzjoni “Open”.
Fil-kategorija Veterani, Jason Pisani wasal sal-aħħar 16 filwaqt li Charles Aquilina saħansitra wasal sas-semi finali fejn kellu jċedi kontra t-taljan Belloni, rebbieħ ta` dan it-tournament tal-veterani.
Ta` min isemmi li uhud mill-plejers maltin setgħu jikkompetu f`dan il-“Major” grazzi għas-sapport finanzjarju ta` SportMalta, b`apprezzament qawwi mill-Malta Table Football Sports Association.