Il-kowċ tat-tim Nazzjonali Malti ta’ U21 Ivan Woods sejjaħ skwadra proviżorja ta’ 29 plejer bi preparazzjoni għaż-żewġ partiti ta’ ħbiberija li t-tim Malti ser ikollu f’pajjiżna kontra l-Belarus fil- 5 u fit 8 ta’ Ġunju li ġej.
Fost din l-skwadra hemm tlett ismijiet ġodda li kienu msejjħa għall-ewwel darba mat-tim nazzjonali. Dawn huma Miguel Azzopardi u Leonardo Agius ta’ Żabbar St. Patrick, kif wkoll l-plejer ta’ Valletta Keyon Ewurum li għandu biss 17 il-sena.
Il-plejers kollha li ġew magħżula huma dawn:-
Goalkeepers – Dylan Ciappara (Mosta FC), Matthias Debono (Naxxar Lions FC), Miguel Spiteri (Luqa St. Andrews FC), Hugo Sacco (Hibernians FC).
Difensuri – Matthew Ellul (Żabbar St. Patrick FC), Owen Spiteri (Floriana FC), Sven Xerri (Santa Lucia FC), Deacon Abela (Swieqi United FC), Jake Vassallo (Mosta FC), Miguel Azzopardi (Żabbar St. Patrick FC), Jake Micallef (Leixoes).
Midfielders – Kurt Bondin (Żabbuġ Rangers FC), Andrew Borg (Gżira United FC), Matthew Debattista (Melita FC), Nathan Agius (Mosta FC), Daniel Letherby (Santa Lucia FC), Leonardo Agius (Żabbar St. Patrick), Gianluca Sciberras (Mosta FC), Aleandro Garzia (Floriana FC), Kurt Briffa (Pieta’ Hotspurs FC), Karl Mohnani (Melita FC), Mattias Ellul (Santa Lucia FC), Nikolai Micallef (Naxxar Lions FC).
Attakkanti – Mattia Veselji (Floriana FC), Andrea Zammit (Birkirkara FC), Jake Engerer (Sliema Wanderers FC), Basil Tuma (Reading FC), Brooklyn Borg (Gżira United FC), Keyon Ewurum (Valletta FC).