Żagħżugħ ta’ 21 sena li joqgħod Wied il-Għajn tilef ħajtu traġikament wara ħa xokk waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fil-Fgura.
L-inċident seħħ illum għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħodu fi Triq Mater Boni Consilii,
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u tim mediku assista lir-raġel u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza.
Sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.
Il-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.