Dalgħodu, il-Prim Ministru Robert Abela żar il-Valletta Green Festival fi Pjazza San Ġorġ.
Din il-pjazza nqelbet fi ġnien għal ftit jiem, fejn hawnhekk il-Prim Ministru Robert Abela kellu ċ-ċans jiltaqa’ man-nies li kienu preżenti.
F’kitba fuq il-midja soċjali, Dr Abela qal x’atmosfera rilassanti u sabiħa joħloq dan il-festival.
Sadanittant, f’kitba fuq il-midja soċjali, l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta rringrazzjat lill-Prim Ministru li sab il-ħin li jżur wieħed mill-akbar avvenimenti annwali ta’ din l-aġenzija.
Jakkumpanjaw lill-Prim Ministru Robert Abela kien hemm il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali u l-Arti Owen Bonnici, iċ-Chairman tal-Aġenzija Jason Micallef u l-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Catherine Tabone.
Dan il-festival, li din is-sena qed isir għall-għaxar sena tagħha, se jibqa’ għaddej sad-19 ta’ Mejju.