Hekk kif il-Ħadd niżel is-separju fuq l-istaġun 2023 / 2024, it-Tnejn il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Michele Marcolini għażel skwadra ta’ 30 plejer sabiex tieħu sehem f’training camp li ser isir qabel il-logħbiet ta’ ħbiberija ta’ Ġunju li ġej.
Dan l-kamp ta’ taħriġ se jibda l-Ħamis 16 ta’ Mejju f’pajjiżna bil-partiti ta’ ħbiberija se jintlagħbu fis-7 ta’ Ġunju kontra r-Republika Ċeka u fil-11 ta’ Ġunju kontra l-Greċja. Iż-żewġ partiti se jkunu qed jintlagħbu f’ Stadion Grödig fl-Awstrija hekk kif Malta se tkun qed tkompli bil-kamp ta’ taħriġ fl-stess pajjiż.
F’din l-skwadra jispikka r-ritorn ta’ wċuħ familjari fosthom Jurgen Degabrielle, Alexander Satariano, Luke Tabone u Jake Grech li kienu nieqsa fl-aħħar pawsa internazzjonali. Matias Garcia intgħażel għal ewwel darba filwaqt li Ryan Camenzuli se jkun qed jirritorna wara injury.
Il-plejers kollha li ġew magħżula huma dawn:-
Goalkeepers – Rashed Al Tumi (Sliema Wanderers FC), Henry Bonello (Hamrun Spartans FC), Matthew Grech (Zabbar St Patrick’s FC)
Difensuri – Ferdinando Apap (Hibernians FC), Jean Borg (Sliema Wanderers FC), Steve Borg (Hamrun Spartans FC), Zach Muscat (Farense – POR), Enrico Pepe (Birkirkara FC), Kurt Shaw (Hibernians FC), Luke Tabone (Haverfordwest County AFC – UK)
Midfielders – Myles Beerman (Sliema Wanderers FC), Jan Busuttil (Balzan FC), Ryan Camenzuli (Hamrun Spartans FC), Juan Corbalan (Hamrun Spartans FC), Matias Nicolas Garcia (Floriana FC), Jake Grech (Floriana FC), Matthew Guillaumier (FKS Stal Mielec Spolka Akcyjna – POL), Joseph Essien Mbong (Hamrun Spartans FC), Nikolai Muscat (Marsaxlokk FC), Steven Pisani (Santa Lucia FC), Teddy Teuma (Stade de Reims FC), Dunstan Vella (Floriana FC), Yannick Yankam (Lexington SC), Carlo Zammit Lonardelli (Floriana FC)
Attakanti – Jurgen Degabriele (Hibernians FC), Paul Mbong (Birkirkara FC), Luke Montebello (Hamrun Spartans), Kyrian Nwoko (Floriana FC), Kemar Reid (Floriana FC), Alexander Satariano (Birkirkara FC)