Matul April ta’ din is-sena, l-għadd ta’ kuntratti u konvenji għax-xiri ta’ proprjetajiet residenzjali żdiedu fiż-żewġ każi.
Din l-informazzjoni ħarġet minn statistika uffiċjali maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO.
Fil-fatt, il-kuntratti ammontaw għal aktar minn elf u mija, b’żieda ta’ tnejn u għoxrin fil-mija meta mqabbel ma’ dawk irreġistrati f’April tas-sena li għaddiet. L-istess statistika turi li, b’kollox, il-valur tal-kuntratti qabeż it-tliet mitt miljun ewro.
Sadanittant, fl-istess xahar ukoll ġew rreġistrati aktar minn elf u mitt konvenju. Imqabbla mal-istess xahar ta’ sena ilu, wieħed jinnota żieda oħra sinifkanti ta’ kważi għaxra fil-mija, li jfisser li s-settur għadu għaddej b’saħħtu.
Dan grazzi wkoll għall-inċentivi mogħtija mill-Gvern, inkluż l-elf ewro kull sena fuq medda ta’ għaxar snin lill-first-time buyers.