“Aħna rridu nkomplu naħdmu saqajna ml-art, dejjem u biss b’risq il-kotra. In-nies, il-familji, iż-żgħażagħl-anjżnai, is-self employed u n-negozji Maltin u Għawdxin. Il-kotra trid li dan il-pajjiż jibqa’ miexi ‘l quddiem.”
Dan kien il-messaġġ pożittiv li għadda d-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista, Daniel Micallef, il-Ħadd filgħodu waqt attività politika mill-isbaħ fil-Mosta.
Il-Perit Micallef fakkar kif il-Partit Laburista twaqqaf għall-kotra, li qabel ma kellhiex l-opportunità li teduka ruħha.
Żied li matul is-snin inbidlu ħafna affarijiet però rrimarka li l-Partit Nazzjonalista ħares lejn il-kotra bħala nies tat-third division u qatt ma aċċettaw li l-monopolju tal-poter tagħhom spiċċa.
Il-Perit Micallef sellem lil Chris Fearne li mhux biss ta saħħtu kollha lil dan il-pajjiż imma anka lill-Partit Laburista.
Micallef fakkar f’mument ferm sabiħ meta tnediet l-iskema New Hope, li toffri tama lil dawk li ma rnexxilhomx jiksbu polza tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja minħabba li kellhom xi mard, jew għandhom kundizzjonijiet mediċi jew xi diżabilità.
Daniel Micallef qal li din kienet il-bidla li tibqa’ tiddistingwixxi lill-Partit Laburista minn ħaddieħor.
Qal, “Il-bidla tibqa’ dik li tiddistingwina minn ħaddieħor. Speċjalment fejn jidħlu dawk il-bidliet li jirrikjedu kuraġġ, dawk il-bidliet li tkun taf li l-forzi konservattivi se jipprovaw jopponuk fuqhom, dawk il-bidliet li jolqtu fil-laħam il-ħaj tal-ħaġġa tan-nies, dawk huma l-bidliet li tqawwafna għalihom. Dawk huma l-bidliet li rridu nibqgħu naħdmu għalihom, dakw huma l-bidliet li rridu nibqgħu nwettqu b’konvinzjoni u b’kuraġġ.”
Daniel Micallef temm jgħid li ħaddieħor irid il-firda u jobżoq fuq pajjiżna, però l-Partit Laburista se jibqa’ jaħdem biex jagħti s-saħħa lill-Maltin u l-Għawdxin kollha.