Matul is-sena l-oħra kien hemm żieda ta’ 3,334 ażjenda f’pajjiżna, li jfisser medja ta’ disgħa aktar ma’ kull ġurnata fis-sena. Dan meta s-sena li għaddiet kollha infetħu 10,016-il negozju, li hu wkoll kważi d-doppju ta’ dawk il-kumpanija li twaqqfu fl-2012.
Is-setturi tal-ekonomija, li fihom l-aktar li żdiedu l-kumpaniji matul is-sena li għaddiet, kienu dawk tas-servizzi professjonali bi tkabbir ta’ 781 ażjenda, tal-gaming bi tkabbir ta’ erba’ mija u sittin ażjenda u l-qasam tar-restoranti u l-lukandi fejn kien hemm tkabbir ta’ aktar minn 340 ażjenda.
Kien hemm ukoll żidiet fil-kumpaniji tal-kostruzzjoni b’213-il negozju u 227 oħra jispeċjalizzaw fil-bejgħ tal-proprjetà. Anke f’setturi teknoloġiċi, bħall-informatika, kien hemm żieda qawwija b’madwar 330 kumpanija, l-ekwivalenti għal kważi waħda kull ġurnata.
Fil-kobor ta’ tali investimenti, skont l-għadd tal-ħaddiema, l-aktar li żdiedu kienu negozji li jimpjegaw inqas minn għaxar persuni, total ta’ 3,297, filwaqt li l-ammont ta’ negozji li jħaddmu bejn għaxra u disgħa u erbgħin persuna żdied b’37.