Illum, is-Sibt 11 ta’ Mejju, hu l-aħħar jum li fih, uffiċjali tal-Pulizija qed iqassmu d-dokumenti għall-elezzjonijiet tat-8 ta’ Ġunju li ġej.
Wieħed se jkollu kemm id-dokument għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u dokument ieħor għall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali, li se jsiru fl-istess jum bħal-lum erba’ ġimgħat.
Il-pass li jmiss għal dawk li ma ġabrux id-dokumenti tal-votazzjoni se jkun li jiġbru huma personalment dawk id-dokumenti mill-għassa tal-Pulizija jew mill-Kunsill Lokali, skont il-lokalità fejn tgħix.