Matul il-lejl li għadda, mara ta’ 43 sena min-Nepal, li tgħix il-Fontana, Għawdex, sofriet ġrieħi serji wara inċident bir-rota.
Kienu għall-ħabta tal-ħdax ta’ bil-lejl, x’ħin il-Pulizija ġiet infurmata li fi Triq Għajn Qatet, ir-Rabat, Għawdex, kien hemm persuna fl-art bid-dmija kawża ta’ xi ġrieħi li kellha.
Fuq il-post marru l-pulizija fejn sabu lil mara u ftit ‘il bogħod minnha kien hemm rota. Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza u aktar tard kienet iċċertifikata bi ġrieħi serji.
Il-Maġistrat Simone Grech kienet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta, filwaqt li linvestigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin biex tiġi stabbilita ddinamika tal-każ.