Il-Prim Ministru Robert Abela sostna li wara diskussjonijiet ma’ Chris Fearne, fejn talbu jirrikunsidra d-deċiżjoni tiegħu, jifhem lil Fearne.
Dr Abela qal li llum il-pajjiż tilef persuna li hu konvint mill-integrità u l-kapaċitajiet tiegħu.
Il-Prim Ministru qal li meta jintemm il-proċess, il-poplu se jifhem aktar dwar dan.
Il-Prim Ministru qal li huwa għalhekk se jibqa’ ffukat fuq it-8 ta’ Ġunju biex il-pajjiż jieħu dak ir-riżultat li jixraqlu ħalli nibqgħu mexjin bil-mandat elettorali li ngħata lill-Partit Laburista ħalli elf proposta jkomplu jissarfu f’ġid għall-pajjiż.
Għall-mistoqsija tal-midja Nazzjonalista, il-Prim Ministru nnota li kriżi ilha għaddejja snin fil-Partit Nazzjonalista u mhux dik li qed tipprova tpinġi l-Oppożizzjoni nnifisha fuq ħaddieħor.
Aħna se nibqgħu nikkonvinċu dwar l-importanza tal-vot tat-8 ta’ Ġunju biex dan il-pajjiż ikollu Ewropa u lokalitajiet li jixirqulu u biex is-sovranità tal-poplu tkun salvagwardjata billi in-nies jagħżlu lil min jixtieq imexxih.
Il-Prim Ministru temm jgħid li għandu fiduċja sħiħa li Chris Fearne se jkompli jaħdem biex sat-8 ta’ Ġunju r-rieda tal-poplu tkompli titwettaq u anki ssir l-implimentazzjoni tal-manifest elettorali.