Il-Ħadd 12 ta’ Mejju il-krew ta’ QRIBEK se jżur il-lokal ċkejken ta’ Pembroke. Oriana Farrugia se tiltaqa’ mas-Sindku Dean Hili u ma’ persuni involuti dirrettament fil-proġetti li twettqu, fejn flimkien se jesploraw għaliex inħoloq il-bżonn ta’ dawn il-proġetti u l-impatt li ħallew fuq ir-residenti Pembrokjani.
Bħal dejjem, b’appuntament f’kull programm, Oriana Farrugia ddur il-lokalita’ li tkun qed tesplora, sabiex titkellem ukoll man-nies tar-raħal u tifhem x’jaħsbu dwar dawn il-proġetti.
QRIBEK, dwar Pembroke jixxandar Il-Ħadd 12 ta’ Mejju fl-10am.