Malta m’għamlithiex għall-finali tal-ikbar festival tal-kant fl-Ewropa – il-Eurovision Song Contest – minkejja prestazzjoni mill-aqwa ta’ kant u żfin mill-kantanta żagħżugħa, Sarah Bonnici.
Kienet il-kantanta Maltija li bil-kanzunetta tagħha ‘Loop’, fetħet it-tieni semi-finali tal-Eurovision il-Ħamis filgħxaija.
Hija kkompetiet ma’ sittax-il pajjiż ieħor, bit-tama li tikseb post fil-finali tas-Sibt li ġej.
Il-pajjiżi li għaddew għall-finali tas-Sibt ilbieraħ huma l-Latvja, l-Awstrija, l-Olanda, in-Norveġja, Iżrael, il-Greċja, l-Estonja, l-Iżvizzera, il-Ġorġja u l-Armenja.
Dawn issa jingħaqdu mal-għaxar pajjiżi l-oħra li kkwalifikaw fl-ewwel semi-finali li sar it-Tlieta, flimkien ma’ Spanja, l-Italja, il-Ġermanja u Franza, li għandhom posthom garantit fil-Eurovision, u l-Iżvezja, li din is-sena qed jospita l-Eurovision.