F’sena żdiedu b’7,245 il-persuni jaħdmu full time. Jikkonferma dan tagħrif tal-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika li nnota kif minn Novembru 2014 sa Novembru 2015 kien hemm 4.2% iktar persuni fid-dinja tax-xogħol.
Impressjonanti kif kważi ż-żieda kollha kienet fis-settur privat bl-istatistika tgħid li dawk jaħdmu full time fil-privat telgħu b’7,214 u dawk fis-settur pubbliku 35. Biex għal darb oħra kien ikkonfermat kif kritika tal-Oppożizzjoni mhix mibnija fuq il-fatti.