Gvern Laburista baqa’ jgħin lin-nies fi żminijiet ta’ sfidi internazzjonali bla preċedent u ma tefax il-piżijiet fuq il-poplu. Kien dan il-messaġġ li għadda l-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela man-nies fl-Iklin f’attività oħra bit-tema ‘Is-Saħħa lill-Maltin’.
Hawnhekk Dr Abela semma ħemel ta’ miżuri, li twettqu mill-Gvern immexxi minnu, bili l-prezzijiet tal-enerġija u l-fuels baqgħu stabbli u m’għolewx u anke l-inizjattiva ‘Stabbiltà’, li għenet tiġġieled l-inflazzjoni.
Semma kif fl-aħħar jiem ingħata ċ-ċekk tar-rifużjoni tat-taxxa, waqt li fil-jiem li ġejjin se jingħata t-tieni ċekk tal-COLA addizzjonali u l-ewwel ċekk ta’ €500 għal dawk l-istudenti li jkomplu jistudjaw.
Hawn il-Prim Ministru semma l-importanza li wieħed joħroġ jivvota fit-8 ta’ Ġunju li ġej.