Iċ-ċampjins Hamrun Spartans diġa bdew bil-ħidma tagħhom għal istaġun li ġej minkejja li fit-tmiem il-ġimgħat li għaddiet iċ-ċelebraw ir-rebħ tal-Kampjonat, staġun 2023 / 2024.
Jidher li l-ewwel priorita tat-tmexxija ta’ Hamrun Spartans hi li jikkonfermaw lill-kowċ Taljan Luciano Zauri fit-tmun tat-tim hekk kif il-kuntratt tiegħu intemm mat-tmiem l-istaġun.
Huma bosta li fl-aħħar jiem bdew jispekullaw dwar il-futur tal-kowċ Taljan fejn saħansitra bdew anke jissemew kowċis oħra li jistgħu jidħlu fit-tmexxija tal-klabb ta’ Hamrun fosthom anke kowċis li fil-passat riċenti kienu diġa qed jmexxu lit-tim tal-Spartans.
Ikkuntatjat minn din il-paġna, il-Kap Eżekuttiv ta’ Hamrun Spartans Marcel Bonnici sostna li hija x-xewqa tagħhom li dan il-proġett jkompluħ b’Zauri fit-tmexxija u għalhekk jinsabu f’negozjati miegħu sabiex kemm jista jkun malajr jikkonkludu u jibdew jippreparaw għal staġun li ġej hekk kif il-kompetizzjonijiet Ewropej jibdew lejn tmiem ix-xahar id-dieħel.
Din il-paġna tinsab infurmata li Hamrun Spartans diġa qed jaħdmu wkoll fuq dawk il-plejers barranin li jixtiequ illi jibqgħu jifformaw parti mill-skwadra għal staġun ieħor kif ukoll dawk li b’kull probabilita jitħallew jiċċaqalqu ma’ klabbs oħra.
Ritratt: Times of Malta