Raġel ta’ 38 sena minn Ħal Luqa jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kmieni dalgħodu, żelaq fl-ilma tax-xita f’sit ta’ kostruzzjoni fiż-Żejtun.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti lill-vittma u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Iktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.
Il-Maġistrat Joe Mifsud ġie infurmat biż-żewġ każijiet u ħatar inkjesta.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.