Fuq Facebook, id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne ddikjara li sa dal-ħin, għadu ma rċieva l-ebda notifika jew taħrika b’mod uffiċjali.
Dan fi sfond ta’ dak li qed jingħad dwaru fil-midja, inkluż l-appell tal-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech f’konferenza tal-aħbarijiet, fejn talbu biex jirriżenja.
Chris Fearne kiteb li għadu ma rax il-proċess verbal jew x’tgħid l-inkjesta Maġisterjali.
Huwa saħaq li dejjem qada dmiru bl-akbar korrettezza u integrità, u żgur li qatt ma xiref lejn ksur ta’ liġi.
Innota kif dan jgħidu wkoll l-Awditur Ġenerali fi tliet rapporti dettaljati.