L-aġenzija Infrastructure Malta għaddejja b’xogħlijiet fi Triq Paceville f’San Ġiljan.
Dan bil-għan biex ittejjeb is-sistemi tas-servizzi tal-ilma u d-drenaġġ, waqt li qed tpoġġi taħt l-art sistema ġdida ta’ katusi kbar għall-ilma tax-xita.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
F’kitba fuq il-midja, l-aġenzija tal-Gvern qalet li dawn ix-xogħlijiet qed isiru biex tnaqqas id-diffikultajiet tal-għargħar fl-inħawi ta’ San Ġiljan.