Il-Kummissjoni Ewropea awtorizzat it-tieni ħlas ta’ kważi €59 miljun mill-Pjan ta’ Rkupru u Reżiljenza li ġejjin mill-fondi Ewropej.
Dan tħabbar fi stqarrija mill-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, fejn intqal li dan hu konferma tal-impenn u l-effiċjenza fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ rkupru ta’ pajjiżna.
Dan il-ħlas se jinkludi diversi riformi fl-oqsma tal-kostruzzjoni, l-immaniġġjar tal-iskart, it-trasport, is-saħħa, l-edukazzjoni u t-taħriġ, il-ġustizzja, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u t-taxxa.